contact: info@sandrovella.org

Sunday, 10 February 2008

Crimen Sollicitationis

Il-każ ta’ Anġelik Caruana affaxxinani ħafna. Jiena wkoll kelli talba biex nara lil Madonna. Imma peress li kienet okkupata, qbadt ma’ Britney Spears li kellha kuntatt sew mal-Madonna. Imma xorta nħxejt għax dan l-aħħar ħarġet mill-manikomju u tlifna l-kuntatt.


Il-messaġġ tal-Madonna lil Anġelik Caruana :

Għid dan lil Father Hayden biex jgħaddih lin-nies. Irridkom li titolbu ħafna għas-saċerdoti u ħafna għall-konventwali. Itolbu ħafna għalihom. Hawn ħafna nuqqas ta’ vokazzjonijiet. Bħalissa l-Knisja, fil-missjoni, għandha l-inkwiet. Itolbu ħafna għas-saċerdoti, għall-vokazzjonijiet. Il-vokazzjonijiet qed jonqsu ħafna. Intom tridu tkunu messaġġiera għas-saċerdoti.
- 30 ta’ Jannar 2008



Jiena, minn dan il-blog, nixtieq inkellem lil Madonna. L-uniku mod milli jidher huwa Anġelik Caruana.

Anġelik ħu nota. Il-messaġġ tiegħi huwa dan:


Għażiża Madonna,

suġġett: video conferencing

prosit ħafna tax-xogħol kbir li għamiltu. Prosit ħafna ta’ kif irnexxielkom ixxerrdu komunikazzjoni sa elfejn sena! U dan mingħajr bżonn ta’ internet u investimenti minn Dubai.

Nixtieq nitolbok Madonna, biex tidħol inti wkoll fis-sistema Smart. Hawn Malta, għandna wieħed ukoll jagħmel il-mirakli smart. Jismu Peppi Azzopardi, mhux talli jirnexxielu jbiegħ informazzjoni mejta iżda irnexxielu wkoll jakkwista xi ħaġa li ma teżistix. Imma miskin, Peppi, għax kien differenti minn ħaddieħor, ġie ċċensurat mill-Awtorità tax-Xandir.

Bħalma ġie ċċensurat il-video tal-BBC fil-media Maltija.

Isma’ minni Madonna daħħal il-Google Video u ikteb: “Sex Crimes and The Vatican” u tkun taf għaliex ħafna żgħażagħ qed jitilfu l-vokazzjonijiet u l-inkwiet mhux qiegħed fil-missjoni imma fis-sottomissjoni.

Jiena bil-qalb kollha lest li nobdik u nkun il-messaġġier tas-saċerdoti. Però tifhimni li ma niħux lit-tifel tiegħi miegħi.

Nixtieqek ukoll li terġa’ tibgħat lill-ibnek fid-dinja. Ovvjament għidlu jiġi armat għax tlieta u tletin sekonda jdum ħaj. Għidlu biex ifiehem sew dak il-messaġġ: “Ħallu lit-tfal jiġu għandi.” Madonna, ippermettili ngħidlek, imma dak il-messaġġ ġie miżinterpretat mhux ħażin. Ħawdu l-kliem ta’ ibnek, u la ibnek huwa Alla, jiġifieri ħawdu l-Alla.

Nifhem li maġenbek hemm ħafna Ċiniżi li fgaw bit-tniġġiż, u b’hekk nifhem iċ-ċensura li għandek hemm fuq.

B’hekk il-video se ngħaddihulek jien. Il-video huwa bl-Ingliż, u peress li ibnek dilettant ħafna tal-Latin: sibtlek video li għandu traduzzjoni bit-Taljan.

Meta Ratzinger għaxxaq ‘l Alla jismu l-video verżjoni Maltija. Kemm tagħfas ( play ), Madonna.

Meta Ratzinger għaxxaq ‘l Alla:


BBC, British Broadcasting Corporation – 21 ta’ Ottubru 2006

Dak kollox Madonna. U lil Peppi sejjaħlu kif trid inti. Joe jew Peppi ma tagħmilx differenza. L-importanti però li ssejjaħlu ġurnalist, għax hemmhekk ikollok il-problemi.

Fil-fatt dan il-video tal-BBC, jidher kull ġimgħa fil-programm tiegħu. Jiddiskutu dan is-suġġett ikun hemm Moira Delia, iz-ZOO, xi pazjent li qafel lill-psikjatra tiegħu u ħadlu postu, Romina Bonaci bil-maktur f'idejha mar-ritratt tal-Photocity, Fr. Joe Borġ u Ira Losco. Xi kultant Joe Demicoli jgħid tiegħu wkoll.

Jekk tkun trid ticchattja miegħi jekk jogħġbok uża Skype, għax f’Malta hawn ċertu kumpaniji ta’ l-internet li jagħlqu l-Windows Live Messenger, biex jinqeda ħaddieħor.

Jiddispjaċini biss li r-rati għolew bi ftit minn mindu e-bay xtrat Skype. Taf inti ċ-ċereali u ż-żejt.

mill-arkivji:
Il-papa mirbuħ
Memomosesswali ( l-ewwel parti )
Memomosesswali ( it-tieni parti )

Biex tikteb kumment dwar l-artiklu, "Crimen Sollicitationis", għafas hawn.

2 Comments:

Anonymous Anonymous said...

if the priest cums inside a child is the kid filled with the lord?

hmmmmm.

10 February 2008 18:32  
Blogger Andre said...

Hehe I bow to the master - this is how blogging should be done :p

Jekk jintwera dak il-programm Malta issib min jghidlek li it-tort mhux tal-knisja... imma tat-tfal li iridu jibdew skandlu. Meta kienu hargu xi kazijiet Malta dik kienet ir-reazzjoni ta hafna kattolici devoti.

11 February 2008 10:23  

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home